Nixtiequ nirringrazzjawk talli żort il-website tas-Soċjeta Mużikali Sant' Elena. Aħna mpenjati li nħarsu l-privatezza ta’ min iżurna u ma niġbru ebda informazzjoni personali dwarek sakemm ma tagħtihilniex minn jeddek. Kwalunkwe informazzjoni personali li tgħarrafna biha tinżamm fi ħdan is-Soċjeta, kif wkoll skond l-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data 2001.
L-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data 2001 għadda fl-14 ta’ Diċembru 2001 u beda jseħħ fil-15 ta’ Lulju 2003. Għalhekk nimxu mad-dmir legali li nirrispettaw u nipproteġu kull informazzjoni personali li niġbru mingħandek. Nieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex nipprevjenu aċċess mhux awtorizzat u ma ngħaddux id-dettalji miġbura mingħandek bħala viżitatur lil terzi persuni ħlief kif spjegat iżjed l-isfel jew sakemm ma tagħtiniex il-kunsens tiegħek.
Jekk taqra jew tniżżel informazzjoni mis-sit tagħna, aħna awtomatikament niġbru u naħżnu l-informazzjoni li ġejja, li mhijiex personali:
- il-webpage jew id-download mitluba;
- jekk it-talba rnexxietx jew le;
- id-data u l-ħin meta int dħalt fis-sit;
- l-indirizz tal-website li minnu żort is-sit tagħna jew id-domain name tal-kompjuter li kont qed tuża;
- is-sistema ta' operazzjoni li biha jaħdem il-kompjuter tiegħek u t-tip u l-verżjoni tal-web browser tiegħek.
Din l-informazzjoni la tingħata, la tinkera u lanqas tinbiegħ lil xi organizzazzjoni oħra.
Links għal websites oħrajn
Fis-sit tagħna tista’ ssib links għall-websites ta’ organizzazzjonijiet u aġenziji oħrajn lokali u internazzjonali, inkluż organizzazzjonijiet privati. Importanti li tinnota li malli tidħol f’link ma’ sit differenti, inti m'għadekx fis-sit tagħna u tibda tgħodd għalik il-politika dwar il-privatezza tas-sit il-ġdid.