header
Untitled Document
 dhul Soċjeta Banda Amministrazzjoni Riżorsi Ahbarijiet
Proġett Links  Album tar-Ritratti GuestBook Videos Kuntatt 
  Qied fis-sezzjoni - Aħbarijiet
  aħbarijiet
   
 

Ġimgħa Mqaddsa 2010

 
25/02/2010
   
 

Bħalma ġara fis-snin l-imgħoddija, l-Għaqda Mużikali Sant’Elena ta’ Birkirkara ser ittella’ l-Wirja Annwali tal-Ġimgħa Mqaddsa fil-Każin tal-Banda Sant’Elena u fix-Xelter li jinsab ġewwa l-Każin. Il-wirja tiftaħ permezz ta’ Programm Funebru mill-Banda Sant’Elena nhar il- 25 ta’ Marzu u wara jsir it-tberik tal-Wirja mir-Rev.Charles Gauci.  Il-Wirja tibqa’ miftuħa kuljum bejn u l-5.00 u d-9.30 ta’ filgħaxija , bis-Sibtijiet u l-Ħdud bejn 8.00 ta’ filgħodu u l-12.00pm u l-5.00pm u d-9.30 ta’ filgħaxija. F’Ħamis ix-Xirka l-Wirja tibqa’ miftuħa sas-1.30 ta’ filgħodu u fil-Ġimgħa l-Kbira bejn it-8.00 ta’ filgħodu u 3.00 ta’ wara nofsinhar.

Il-Wirja tinkludi Xeni lifesize mill-passjoni ta’ Sidna Ġesù Kristu fosthom l-Aħħar Ċena, l-Ort tal-Ġetsemani, iċ-Ċaħda ta’ Pietru, il-Marbut, l-Għolja tal-Kalvarju u l-Qabar ta’ Ġesù. Fil-Wirja wieħed jista’ jara wkoll xogħol artistiku maħdum bis-smid u statwi u mudelli tal-Purċissjoni tal-Ġimġħa Mqaddsa.

Bħala parti mill-attivitajiet marbutin ma’ dawn iż- żminijiet il-Banda Sant’ Elena ser tkun qed tagħti 2 servizzi b’marċi funebri ; il-Ħadd 21 ta’ Marzu fl-10:00am gewwa l-Imdina u l- Erbgħa 31 ta’ Marzu fis-7:00pm fil-Belt Valletta.

Nhar Ħadd il-Għid, 4 ta’ April fis-6:00pm f'Birkirkara, issir il-purċissjoni bl-istatwa ta’ Kristu Rxoxt akkumpanjata mill-Banda Sant’Elena, Suldati Rumani u Nies Bibbliċi.

   
   
  Ara l-Aħbarijiet kollha
 
 
Ritratti marbuta ma'
Aħbarijiet
 
 
 
Ġimgħa Mqaddsa
 
Ġimgħa Mqaddsa
 
 
Untitled Document
© Copyright 2009
All Rights Reserved

Inti Vizitatur numru


Grazzi tas-support