Fis-sajf li ġej grupp ta' voluntiera Maltin sejrin jagħmlu missjoni ġewwa l-Etjopja. Bħalissa qed jaħdmu sabiex jinġabru fondi biex tinxtara mediċina ħalli jkunu jistgħu itellgħuha magħhom.
L-Għaqda Mużikali Sant' Elena ser tagħti l-kontribut tagħha ukoll sabiex din il-missjoni titwettaq u tkun suċċess. Fil-ġranet li ġejjin sejrin jinħadmu figolli ġewwa l-kazin minn għadd ta' voluntiera fosthom persuni minn din l-istess soċjetà sabiex ikunu jistgħu jinġabru l-fondi meħtieġa. Dawn sejrin isiru lejn l-aħħar tax-xahar ta' Frar.
Kulħadd jista jagħti l-kontribut tiegħu billi tagħtu donazzjoni ta' €5.50 u tingħataw figolla jew donazzjoni ta' €10 u tingħataw żewġ figolli.
Grazzi tal-għajnuna tagħkom.
http://towardsoursivana.blogspot.com